“L-Ewwel Rockestra Mingħajru” – Pawlu Borg Bonaci Jfakkar Lil Aurelio Belli B’Emozzjoni Kbira

Kien hemm vojt kbir fl-ewwel Rockestra mingħajru. Il-kliem li kiteb il-kok Pawlu Borg Bonaci wara l-ispettaklu, juri kemm in-nuqqas ta’ Aurelio Belli nħass minn dawk li kienu mdorrijin jarawh, jisimgħuh u jaqsmu miegħu tant mumenti.

Pawlu jiftakar kif Belli kien dejjem hemm fl-ewwel okkażjonijiet, mill-ewwel birthday sal-ewwel Milied, u din id-darba kellhom jgħixu l-ewwel Rockestra mingħajru. Jirrakkonta wkoll, il-mumenti ta’ wara l-palk, iċ-ċajt, is-sarkażmu u dawk il-ħarsiet li bihom kienu jifhmu lil xulxin mingħajr ma jkollhom għalfejn jgħidu kelma.

“Il-vojt tħossu fil-kwiet,” kiteb Pawlu, speċjalment f’dawk il-mumenti meta wieħed awtomatikament jaqbad il-mobile biex iċempillu, u f’daqqa waħda jiftakar li m’għadux hemm. Minkejja n-nuqqas tiegħu, it-tim għamel il-kunċert b’Belli f’qalbu, biex jonorah u jfakkar dak kollu li ħalla warajh.

Pawlu jemmen li Aurelio ħalla xi ħaġa li tmur lil hinn mix-xogħol u l-mużika, xi ħaġa li ma tistax tintmess jew tiġi spjegata, iżda li tinħass. Fil-fatt, itemm jgħid, “għadek u tibqa’ f’qalbna,”.

Ritratti:

Facebook/Pawlu Borg Bonaci

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI