Howard Keith Debono Jwissi Li Għad Nindunaw Li Malta Li Konna Nafu Spiċċat – Il-Verità Tweġġa’ Imma Dik Se Tkun Ir-Realtà

Howard Keith Debono qasam riflessjoni qawwija dwar id-direzzjoni li qed tieħu Malta, u stqarr li jinsab imnikket jara kif il-flus u stil ta’ ħajja dejjem aktar materjalistiku qed iħallu marka fuq il-pajjiż.

Huwa semma diversi bidliet li, skontu, qed isiru dejjem aktar evidenti: l-iffullar, it-turiżmu f’ċerti żoni, iż-żieda fir-rapporti ta’ kriminalità, l-iskart fit-toroq u l-bajjiet, kif ukoll żvilupp li qed jiekol spazji li darba kienu parti mill-ħajja tat-tfal Maltin.

Howard Keith tkellem ukoll dwar Paceville u l-industrija tad-divertiment, filwaqt li saħaq li Malta għandha ssib bilanċ bejn il-progress u l-preservazzjoni tal-identità tagħha.

Għalih, il-progress ma jistax jitwaqqaf, iżda jista’ jiġi ppjanat, ikkontrollat u rregolat. Qal li Malta għandha bżonn viżjoni fit-tul li tmur lil hinn mill-partiti politiċi u l-interessi immedjati. “Ma nistgħux ikollna kollox,” saħaq, filwaqt li fakkar li d-daqs żgħir, is-sempliċità u l-karattru Mediterranju ta’ Malta jistgħu jkunu l-akbar saħħiet tagħha.

L-akbar biża’, temm jgħid, hi li xi darba nqumu u nindunaw li l-Malta li konna nafu tkun għebet.

Ritratti:

Facebook/Howard Keith Debono

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI