“Intom Kellkom Pen Friends?” – Eileen Montesin Tiftakar Fil-‘Pen Friend’ Tagħha Minn Żmien L-Iskola

Eileen Montesin qasmet tifkira nostalġika minn żmien l-iskola, meta kienet drawwa komuni li t-tfal ikollhom pen friend minn pajjiż ieħor.

Hija spjegat li fi żmienha l-iskola kienet tħeġġiġhom biex jaqbdu korrispondenza ma’ tfal minn barra u hi kellha pen friend mir-Renju Unit jisimha Penny. Il-ħbiberija tagħhom ma baqgħetx biss fuq l-ittri, hekk kif Penny saħansitra kienet ġiet Malta għall-btala u t-tnejn marru jgħumu flimkien l-Għadira.

Eileen qasmet ukoll ritratt minn dak iż-żmien u spjegat li Penny tidher fin-nofs, filwaqt li hi tinsab ħdejha fuq il-lemin. Fl-aħħar tal-messaġġ tagħha ikkonkludiet billi staqsiet lis-segwaċi: “Intom qatt kellkom pen friends?”

Bla dubju, żġur li din it-tifkira qanqlet nostalġija fost ħafna nies li trabbew fi żmien meta l-ittri kienu mod sabiħ kif jinħolqu ħbiberiji ġodda anke barra minn Malta.

Ritratti:

Facebook/ Eileen Montesin

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI