Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħha, Miriam Borg Debrincat laqqgħet lis-segwaċi tagħha ma’ Phoebe, qattusa ċkejkna li ġiet salvata riċenti.
Qalet, “Ħsibt li r-raġel xtrali rigal ... rajtu ġej b'kaxxa ħelwa, ħelwa imma mort żmerċ! Sibt lil din il-kuċċla żgħira li ġiet salvata minn triq traffikuża.”
Żiedet, “Ara naqra, aħna wkoll … baby ċkejkna ħelwa salvata! U fl-aħħar mill-aħħar, x’jista’ jkun isbaħ minn hekk? L-aqwa rigal li jista’ jkolli dejjem huwa, li krejatura innoċenti ikolla ċans għal ħajja bis-saħħa tagħna. Għalija m'hemm xejn iktar ta preġġju minn hekk.”
Temmet tgħid, “Phoebe bgħatitilkom bewsa. Għandna bżonn kitten food u għajnuna għal kont tal-veterinarju jekk jogħġobkom (Royal Canin Mousse u Dry Mother & Baby).”