“L-Ispirtu Tiegħek Jgħix Fija… Bogħod Imma Qribi. Inħobbok Pa” – Ivan Grech Lill-Mibki Missieru

Ivan Grech

Il-kantant lokali Ivan Grech qasam messaġġ emozzjonali fuq il-midja soċjali b’tifkira ta’ missieru, Giuseppe Grech.

Akkumpanjat minn ritratti mill-passat ta’ missieru, Ivan jirrakkonta parti mill-ħajja tiegħu u t-tbatijiet li għadda minnhom, fosthom l-esperjenzi diffiċli ta’ żgħożitu matul is-snin tal-gwerra.

F’messaġġ profond u personali, Ivan jgħid li llum jifhem u japprezza lil missieru aktar minn qatt qabel, u jirringrazzjah għall-imħabba u l-valuri li ħallielu.

“L-ispirtu tiegħek għadu jgħix fija,” jikteb Ivan, filwaqt li jqabbel il-ħajja ma’ pont li jwassal għall-eternità. Huwa jagħlaq it-tifkira bi kliem ta’ mħabba lejn missieru: “Bogħod imma qribi. Inħobbok Pa.”

Insellmu l-memorja ta' missier Ivan.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI