“Xahrejn Ġo Gaġġa Minn Filgħodu Sa Filgħaxija, Waqt Li Jara Lil Sħabu Jitilqu Għad-Dar Dejjiema Tagħhom” – Animal Welfare Għawdex

L-Animal Welfare t’Għawdex appellaw biex tinstab dar għal ferħ ta’ qattusa bl-isem ta’ Panda. Dan il-qattus ilu jistenna biex xi ħadd jagħżlu, imma sfortunatament ma ntgħażilx.

Kitbu, “Panda ilu jistenna għal iktar minn xahrejn. Xahrejn ġo gaġġa minn filgħodu sa filgħaxija, waqt li jara lil sħabu jitilqu għad-dar dejjiema tagħhom. Sfortunatament, ħadd m’għażlu. Ma nistgħux nifhmu għalxiex għax huwa l-iktar qattus mans, dejjem lest għall-fsied u l-bews. Għandu karattru wisq ħelu. Inwiegħdukom li se ssiru tħobbuh malli tiltaqgħu miegħu.”

Komplew jispjegaw, “Panda għandu madwar erba’ xhur, vaċċinat u b’saħħtu. Jekk jogħġobkom kellmuna jekk tixtiequ taddottaw lil Panda jew xi frieħ oħrajn.”

Xerrdu dan l-artiklu biex insibulu dar!

Ritratti:

Facebook / Animal Welfare Gozo

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI