Illejla L-Ewwel Episodju Ġdid TA’ GERIT – Titħajjar Issegwih Flimkien Mal-Kast U L-Kru?

Gerit

Li l-istejjer TA' GERIT ħallew impatt fit-televiżjoni Malti huwa ċar daqs il-kristall. Hekk kif wasal biex TA' GERIT ikompli bi staġun ġdid ieħor, it-tim ħejja serata spettakolari.

Apparti l-eċitament sakemm tkompli l-istorja, it-tim għamel stedina għall-pubbliku biex min irid jingħaqad mal-kast u l-kru kollu TA' GERIT u jsegwi magħhom ġewwa Ħal Qormi.

Aktar dettalji dwar dan qegħdin HAWN - Ftit ilu t-tim qasam anke diversi ritratti meħudin mill-istejjer li se jkomplu mil-lejla.

"TA' GERIT mil-lejla. Gerit lesta bit-tromba biex l-ewwel episodju tarah sew. Aħna lesti lkoll! Intom lesti għal-lejla? Fid-21:15 titlaq l-istorja tagħna, dejjem fuq TVM. Min ġej jara l-episodju magħna Ħal Qormi... lesti wkoll... Int li se tarana mis-salott ta' darek, GRAZZI."

Ejja minn hemm Gerit!

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI