Is-sit 'Maltese Islands Weather' qed isemmi l-possibbiltà li tmiem din il-ġimgħa jġib miegħu xi ħalbiet tax-xita, hekk kif it-temp imsaħħab mistenni jippersisti.
Wara li l-istaġun sajfi wasal fi tmiemu f'Settembru, matul dawn l-aħħar ġimgħat, it-temp tipiku xitwi beda dieħel ġmielu, bit-temperaturi issa bdew neżlin xi ftit u xi ħalba xita kultant qed issir dejjem iżjed komuni.
Hekk kif eluf ta' studenti Maltin u Għawdxin il-ġimgħa d-dieħla se jkunu qed jirritornaw wara l-bankijiet tal-iskola, it-tbassir tat-temp tal-istess sit qed jindika li m'għandna nistennew l-ebda ħalbiet tax-xita, għalkemm dejjem teżisti l-possibbiltà li tfeġġ xi maltempata jew ħalba xita mingħajr mistenni.
Facebook / Patricia Kellett u Pexels