Suċċess Sabiħ Għal Karl Li Kiseb Distinction Fl-Eżami Tat-Timpani

Hemm mumenti li jimlew il-qalb bil-ferħ u l-kburija, speċjalment meta s-suċċess ikun ir-riżultat ta’ ħafna dedikazzjoni, paċenzja u mħabba lejn dak li wieħed jagħmel.

Hekk ġara lil Karl, tifel li kiseb Distinction fl-eżami prattiku Grade 3 tat-Timpani tal-London College of Music. Suċċess bħal dan f’età żgħira huwa xhieda tal-ħidma u l-impenn tiegħu, u bla dubju mument speċjali kemm għalih kif ukoll għall-familja tiegħu.

Wara kull nota u kull ritmu hemm sigħat ta’ prattika, perseveranza u rieda li wieħed dejjem jitjieb. Għalhekk, din id-distinction mhijiex biss marka fuq karta, iżda frott ta’ ħidma li llum qed tħalli l-frott tagħha. Prosit ukoll lill-għalliem tiegħu, John Farrugia, li permezz tad-dedikazzjoni u l-gwida, Karl kompla miexi ’l quddiem fit-triq mużikali tiegħu.

It-Tim ta' Gwida.mt jawgura lil Karl għal aktar suċċessi sbieħ u għal ħafna aktar mużika fil-futur!

Ritratti:

Faebook/Joseph Caruana

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI