Bosta Rrabjati Wara Li Statwa Tal-Madonna Ġiet Ivvandalizzata Bil-Lejl Fi Franza

Bosta bħalissa qed jesprimu r-rabja tagħhom wara li fil-gżira Franċiża ta' Korsika, statwa tal-Madonna ġiet ivvandalizzata u mkissra fil-lejl ta' bejn l-Erbgħa 30 ta' Settembru u l-Ħamis 1 t'Ottubru.

Is-sindku tal-lokalità fejn tinsab din l-istatwa ddeskriva dan l-att ta' vandaliżmu bħala wieħed "tal-mistħija". Hu spjega kif għal bosta Franċiżi, din l-istatwa tirrappreżenta post fejn imorru sabiex jitolbu u jaqdu l-bżonnijiet reliġjżui tagħhom.

F'dan l-isfond, is-sindku appella sabiex jintużaw il-mezzi kollha min-naħa tal-awtoritajiet sabiex il-persuni responsabbli wara dan l-att jinstabu u jitressqu quddiem il-liġi.

Intant, qed jissemma li fil-jiem u l-ġimgħat li ġejjin se jibda l-proċess sabiex din l-istatwa titranġa.

Ritratti:

Facebook / Jean-Christophe Angelini

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI