Missier Jattakka Liċ-Ċelebrant Fil-Funeral Ta’ Ibnu Għax Ma Semmiehx Fid-Diskors Tal-Aħħar

Raġel fir-Renju Unit ammetta li attakka liċ-ċelebrant li kien qed imexxi l-funeral ta’ ibnu ta’ 17-il sena, wara li rrabja għax ismu ma kienx għadu ssemma waqt id-diskors ta’ tifkira. L-iben kien fost ħames ġuvintur li mietu f’inċident tat-traffiku wara li saqu vettura kontra d-direzzjoni tat-traffiku u ħabtu f’karozza tal-pulizija fejn ħasdu l-ħajja ta’ żewġ pulizija. Erbgħa mill-ħames ġuvintur kellhom każijiet preċedenti.

Gye Worthy kien qed jattendi l-funeral ta’ ibnu Cole Worthy. Waqt li ċ-ċelebrant kien qed jitkellem dwar il-ħajja taż-żagħżugħ fejn semma membri oħra tal-familja, fosthom missieru tar-rispett, Worthy irrabja għax ma kienx issemma.

Skont diversi rapporti, huwa qam minn postu, mar fuq iċ-ċelebrant, qabdu minn ħwejġu u attakkah. Il-pulizija kellha tissejjaħ fuq il-post u Worthy aktar tard ammetta wkoll li rreżista l-arrest.

Iċ-ċelebrant ma ġarrabx ġrieħi serji, iżda ntqal li baqa’ xxukkjat b’dak li seħħ. Is-sentenza fil-konfront ta’ Worthy mistennija tingħata fis-27 ta’ Ottubru.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI