“Hawn Jien… Fuq L-Għatba Tal-Kapitlu 30!… Kull Kapitlu Wassalni Pass Eqreb Lejn Il-Mara Li Jien Illum” – Desirei Grech

Desirei f'gheluq sninha

Is-sindku Desirei Grech kitbet messaġġ f'għeluq it-30 sena tagħha b’riflessjoni personali dwar il-mixja li wasslitha sal-lum.

F’messaġġ fuq il-midja soċjali, Desirei qalet li meta kienet iżgħar kienet taħseb li persuna li tagħlaq it-30 sena tkun diġà “kibret, saret adulta u taf x’inhi tagħmel”. Illum, hekk kif tinsab fuq l-għatba ta’ dan il-kapitlu ġdid, tirrealizza li l-ħajja hija vjaġġ li fih kull sena għandha l-valur u l-privileġġ tagħha.

Sostniet li kull kapitlu tal-ħajja wassalha pass eqreb lejn il-mara li saret illum. Minkejja li tammetti bi tbissima li għadha ma tħossx ruħha kompletament lesta għat-30, Desirei tgħid b’kunfidenza li “it-30 lest għalija!”

Filwaqt li rringrazzjat lil dawk kollha li ħadu ftit mill-ħin tagħhom biex jawgurawlha f’għeluq sninha, hi esprimiet l-apprezzament tagħha għall-imħabba u l-għożża li rċeviet, u ħarset ’il quddiem għal aktar snin ta’ ħidma, impenn u esperjenzi ġodda.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI