Għad fadal xahrejn qabel il-premiere ta’ Avengers: Doomsday, iżda din il-produzzjoni kbira ta’ Marvel Studios diġà qed tikser ir-rekords fil-box office. Wara li sar l-ewwel film li ġabar 50 miljun dollaru mill-bejgħ tal-biljetti bil-quddiem fl-ewwel ftit sigħat u tliet xhur qabel il-ħruġ tiegħu, issa huwa rrappurtat li l-film ġabar aktar minn 100 miljun dollaru madwar id-dinja.
Anke fiċ-ċinemas f’Malta, l-ewwel wirjiet tal-film huma diġà kollha bbukkjati, jew inkella fadal biss ftit siġġijiet vojta.
Il-film jiffoka fuq theddida ġdida, Dr. Doom – karattru li se jiġi interpretat minn Robert Downey Jr. – hekk kif eroj minn universi differenti jingħaqdu flimkien biex jiffaċċjawh. Fost l-atturi li jiffurmaw parti mill-kast hemm Chris Evans, Chris Hemsworth, David Harbour, Ian McKellen, Patrick Stewart, Florence Pugh u David Harbour, fost oħrajn.