“Hemm Ċans Ta’ Xita Anki B’Saħħitha U Anki Ta’ Xi Silġ … Tajjeb Li Ddaħħlu L-Qsari Għall-Kenn Minn Issa” – Mid-Djarju Tat-Timba

Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tiegħu, Mid-Darju tat-Timba żamm lis-segwaċi aġġornati b’dak kollu li għandna nistennew mit-temp fil-ħin li ġej.

Hu qal, “Matul il-lejl sejjer ikompli jiżdied is-sħab fejn wara nofsillejl, jew aħjar ngħid mit-03.00 ta' filgħodu 'il hemm dieħel front ta' maltemp mill-Punent Majjistru. Sa issa jidher li hemm ċans tajjeb ħafna li jilħaqna.”

Żied jgħid, “Skont it-tip ta' sħab, Cumulonimbus, hemm ċans ta' xita anki b'saħħitha u anki ta' xi silġ, tajjeb li ddaħħlu l-qsari għall-kenn minn issa jew tgħattuhom għal li jista' jkun. Hemm ukoll sħab tal-beraq u r-ragħad li ser jersaq qrib jew fuqna. Riħ mix-Xlokk ser iżid matul il-lejl u jilħaq Forza 5 b'buffuri ta' 6. Moħħkom hemm u l-għaxija t-tajba.”

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI