Żewġ Priġunieri Se Jinħelsu Mill-Ħabs Qabel Iż-Żmien Biex Inaqssu L-Iffullar Fil-Ħabs, U L-Piż Finanzjarju Fuq L-Istat

Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tiegħu, l-Ministru Glenn Bedingfield qasam mas-segwaċi tiegħu ftit informazzjoni dwar żewġ deportazzjonijiet li se jsiru biex inaqqsu l-ffullar fil-ħabs kif ukoll il-piż finanzjarju fuq l-istat.

Hu qal, “Iffirmajt l-ewwel ordni għad-deportazzjoni ta’ żewġ priġunieri Asjatiċi li kienu fl-aħħar ġimgħat tas-sentenza karċerarja tagħhom f’pajjiżna. Din id-deċiżjoni hija parti minn eżerċizzju usa’ biex innaqssu l-iffullar fil-ħabs, u l-piż finanzjarju fuq l-Istat.”

Żied, “Dawn il-persuni li se jkunu deportati fit-tmiem tas-sentenza tagħhom, mhux se jithallew jerġgħu jidħlu Malta. Qed naġixxu b’mod konkret biex nipproteġu s-sigurtà, u r-riżorsi tal-pajjiż. L-interess nazzjonali l-ewwel u qabel kollox.”

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI