Għada huwa jum importanti madwar id-dinja hekk kif niċċelebraw il-Jum Dinji tas-Saħħa Mentali. Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħha, l-Membru Parlamentari Romilda Zarb qasmet mas-segwaċi tagħha messaġġ u filmat rigward dan.
Hi qalet, “L-għodwa t-tajba lil kulħadd! Għada, l-10 t’ Ottubru, niċċelebraw il-Jum Dinji tas-Saħħa Mentali. Jum li jfakkarna kemm hu importanti li nieħdu ħsieb tagħna nfusna u ta’ xulxin, mhux biss fiżikament iżda wkoll mentalment. Ejjew inkomplu nkissru l-istigma u nibnu soċjetà fejn ħadd ma jibża’ jitkellem jew jitlob l-għajnuna.”
University of Malta