Ilbieraħ kellha messaġġ mill-isbaħ x'tgħaddi l-preżentatriċi u attriċi Chanelle Cardona, indirizzat għall-imħabba ta' ħajjitha, Randell Pace. Lil Randell nafuh bħala attur lokali wkoll, riċentament rajnieh fost l-oħrajn waqt is-sensiliet PRN u Imħabba?
"Happy Birthday qalbni. Inħobbok għal dejjem. Grazzi ta dak kollu li tagħmel għalija. Inħobbok iktar milli jistgħu jiddiskrivu l-kliem," kitbet Chanelle. Qasmet filmat li juri diversi ritratti tagħhom flimkien li ċertament iġorru tant memorji sbieħ.
Awguri mill-qalb Randell! Nixtiqulek ħafna affarijiet sbieħ dejjem!