“Jekk Kumpanija Hi Maltija, Din Trid Tuża L-Malti … M’Hemmx Skużi” – Il-Malti Madwarna

Il-Malti Madwarna qasmu mas-segwaċi tagħhom messaġġ qasir imma importanti, fejn qalu li jekk kumpanija hija Maltija, għandha tuża l-Malti. Użaw l-eżempju ta’waħda mill-aktar kumpaniji popolari Maltin, Benna, li m’għandhom bżonn tal-ebda introduzzjoni. Huma faħħruhom għal din l-inizjattiva, li jekk tixxandar u timxi ma’ aktar kumpaniji persważ li ssir differenza.

Huma qalu, “Xi ġmiel! Irrepetu warajja: jekk kumpanija hi Maltija, din trid tuża l-Malti. M'hemmx skużi.”

Prosit lil dawk il-kumpaniji Maltin kollha li diġa qed jagħmlu dan.

Intom taqblu?

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI