Il-Qassis Li Miet Fl-Ekwador Iċċelebra L-Anniversarju Tal-Ordinazzjoni Saċerdotali Tiegħu Ġurnata Biss Qabel Miet

Traġedja ħasdet lill-komunità Kattolika fl-Ekwador wara li qassis ta’ 53 sena tilef ħajtu meta salib kbir tal-injam waqa’ fuqu waqt li kien qed iqaddes. L-inċident seħħ is-Sibt 17 ta’ Ottubru, fil-knisja Nuestra Señora del Perpetuo Socorro fil-belt ta’ Guayaquil. Il-qassis ġie identifikat bħala Patri Patricio Alfredo Sánchez Molinari, li kien ilu diversi snin imexxi din il-parroċċa. Il-quddiesa kienet qed tixxandar dirett fuq il-midja soċjali meta s-salib, li kien imwaħħal mal-ħajt wara l-artal inqala’ u waqa’ fuq ras il-qassis.

Patri Patricio twieled fl-1973 u kien membru tal-Kongregazzjoni tar-Redentoristi, ordni reliġjuża Kattolika mwaqqfa fl-1732.  Il-qassis kien għadu kemm iċċelebra l-anniversarju tal-ordinazzjoni saċerdotali tiegħu, proprju ġurnata qabel ma tilef ħajtu.

Insellmu l-memorja tiegħu.

Ritratt:

Kathy Donald Richards

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI