Jeanesse Abela, li tinsab residenti f’Dar Bjorn, awgurat lil Bjorn f’jum għeluq l-erbgħin sena tiegħu.
Hi kitbitlu, “Awguri f’għeluq l-erbgħin sena tiegħek Bjorn! Illum, nixtieq niċċelebra mhux biss għeluq sninek imma wkoll il-persuna inkredibbli li int. Grazzi għalik, jien sibt post sigur u mimli mħabba f’Dar Bjorn, fejn il-ħolma tiegħi li ngħix b’mod indipendenti saret realta`. Tajtni l-opportunita` li nħossni sigura, u indipendenti filwaqt li niġi mogħtija l-appoġġ, u għal dan, jien dejjem se nibqa’ grata.”
Żiedet tgħid, “Minkejja t-tbatija u battalji li affaċċjajt, inti tibqa’ tkun ta’ ispirazzjoni għal tant nies. Is-saħħa, kuraġġ, u determinazzjoni tiegħek biex tgħin lil ħaddieħor jirċievi l-aqwa kura, imħabba, u dinjita` possibbli, jagħmlek raġel tassew speċjali. Inti tfakkarna li anke fit-tbatija tagħna, aħna nistgħu nagħmlu differenza fil-ħajja ta’ ħaddieħor.”
Nawgurawlu mill-qalb f’din il-ġurnata speċjali u nirringrazzjawh tal-ġid kollu li għamel.
Facebook / Jeanesse Abela u Bjorn Formosa