Il-kantanta lokali Martina Galea Loffreda ħabbret b’entużjażmu li marret Miami biex tibda l-ewwel esperjenza professjonali fuq Celebrity Cruises.
Għall-kantanta Maltija, dan huwa mument speċjali ħafna, hekk kif se tkun qed twettaq ħolma li kellha minn ċkunitha. Martina qalet li għadha ma tistax temmen dwar dan, u ssemmi l-provi f’Miami, qabel ma titla’ abbord il-vapur Celebrity Infinity, li dalwaqt se jkun qed ibaħħar madwar l-Ewropa.
F’dan il-messaġġ, Martina esprimiet ukoll il-gratitudni tagħha lejn dawk kollha li għenuha tasal s'hawn; pass tassew importanti f’ħajjitha u fil-karriera mużikali.
Hi rringrazzjat b’mod speċjali lill-aġent tagħha Katy Henderson għall-gwida u l-appoġġ, kif ukoll lill-għalliema, lill-ħbieb, lill-għarus tagħha u, fuq kollox, lill-ġenituri tagħha, li dejjem emmnu fiha u kienu l-akbar sostenn tagħha.
Martina tinsab ħerqana li taħdem ma’ artisti oħra ta’ talent, tagħti wirjiet mill-isbaħ u toħloq memorji li se tibqa’ tgħożż għal ħajjitha kollha, hekk kif tibda dan il-kapitlu ġdid fil-karriera tagħha.
Nawgurawlek mill-qalb, Martina!