Ftit sigħat ilu l-Gozo Channel ħabbret fuq il-midja soċjali li l-vapuri tagħha bdew jużaw ir-rotta ta' wara Kemmuna sabiex jaqsmu l-fliegu ta' bejn Malta u Għawdex. Dan fl-isfond tar-riħ li beda jaħkem lill-gżejjer Maltin matul dawn l-aħħar sigħat u li mistenni jkompli jissaħħaħ matul il-ġurnata.
Fid-dawl ta' din l-aħbar, il-Gozo Channel ħeġġet lil dawk kollha li qed jippjanaw li jaqsmu l-fliegu llum sabiex jaħsbulu minn qabel hekk kif hu mistenni li l-vapuri jittardjaw fil-vjaġġi tagħhom.
Dalgħodu ħarġet twissija ta' riħ qawwi li mistennija tibqa' fis-seħħ sa tmiem il-ġurnata li wissiet li r-riħ jaf saħansitra jilħaq il-forza 8 f'ċerti nħawi fejn jaqbel.
Ir-ritratt li qed jintwera mhuwiex meħud illum, iżda ttieħed xi xhur ilu meta wkoll il-baħar kien kemxejn imqalleb.
Facebook / Gozo Channel Operations Limited u Pexels