L-Aċċess Fi Triq Mons Mikiel Azzopardi, Siġġiewi Se Jkun Magħluq F’Dawn Id-Dati U Ħinijiet

toroq

Infrastructure Malta ħabbret xogħlijiet fiż-żona ta’ Triq Mons Mikiel Azzopardi fis-Siġġiewi, li se jwasslu għal għeluq temporanju ta’ diversi aċċessi u rotot matul żewġt iljieli konsekuttivi.

Matul il-lejl bejn il-Ħamis 5 u l-Ġimgħa 6 ta’ Novembru 2026, bejn it-20:00 ta' filgħaxija u l-05:00 ta' filgħodu, se jkun magħluq l-aċċess minn u lejn Triq Mons Mikiel Azzopardi.

It-traffiku minn Ħaż-Żebbuġ lejn is-Siġġiewi se jkun mgħoddi minn Triq Santa Margerita, Triq Kirċippu, Triq Manwel Zammit jew Triq it-Tabib Nikola, u Triq Blat il-Qamar. Min-naħa l-oħra, is-sewwieqa ġejjin minn Ta’ Kandja se jkollhom jgħaddu minn Triq il-Qrendi u Triq Bur il-Kbir.

Ix-xogħlijiet se jkomplu wkoll matul il-lejl bejn il-Ġimgħa 6 u s-Sibt 7 ta’ Novembru, meta bejn it-20:00 ta' filgħaxija u t-08:00 ta' filgħodu se jkun magħluq l-aċċess għaż-żona kollha tal-junction.

F’dan il-każ, it-traffiku minn Ħaż-Żebbuġ se jsegwi l-istess rotot alternattivi, filwaqt li vetturi ġejjin minn Ta’ Kandja se jkollhom jgħaddu minn Triq Wied il-Kosta, Triq is-Siġġiewi, Triq ta’ Kilpa u Triq Bur il-Kbir.

Infrastructure Malta appellat lis-sewwieqa biex isegwu s-sinjali tat-traffiku u r-rotot alternattivi indikati, kif ukoll jippjanaw il-vjaġġ tagħhom minn qabel sabiex jevitaw inkonvenjenzi.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI