Determinat Li Jiġbor Fondi Għal Caritas Permezz Tal-Isports Minkejja Kull Sfida

James Camilleri

James Camilleri tkellem dwar ix-xewqa li jgħin lil Caritas. Kellu pjan li jagħmel double ironman, li tinvolvi 7.6km għawm, 360 km rota u żewġ maratoni ta' 84km ġiri, kollha wara xulxin.

Hu għażel li jgħin lil Caritas, hekk kif għandu ħbieb li kien hemm żmien fejn sabu għajnuna kbira mingħandhom, u sema l-esperjenzi li kellhom.

"Iddeċidejt li nipprova bl-isport li nagħmel noħloq iktar għarfien biex in-nies jiftakru jagħtu donazzjoni għal Caritas," jispjega James.

Hu jirrakkonta anke esperjenza xejn faċli li kellu waqt li qed isuq ir-rota. Hu kellu l-pjan li jsuq 180km bir-rota, u mal-100km sab ħofra li sfortunatament induna biha fl-aħħar sekonda, u spiċċa kellu waqa' kerha immens u ġie fuq dahru.

Malli ġiet tgħinu mara biex iqum, hu ħass bħal xokk f'idejh u minn hemm induna li weġġa' sew. "Ġiet l-ambulanza, ħaduni l-isptar, u qaluli li ksirt il-clavicle. L-ewwel reazzjoni, infqajt nibki ovvjament għax kont muġugħ, u l-fatt li ndunajt li din it-tellieqa li ilni nipprepara għaliha, mhux ħa sseħħ. L-għada ġejt operat."

James għadu għaddej bil-pysio sa issa, u għandu t-tama li jagħmel din it-tellieqa s-sena d-dieħla.

"S'issa ġbart daqs ftit aktar min €4,500," jgħid James, fl-isforz tiegħu li jiġbor il-fondi għal Caritas. Għadu determinat li jkompli jgħin lir-residenti ta' Caritas, u se jibqa' juża l-passjoni tiegħu fl-isports biex jappoġġjahom.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI