“Ibqa’ Ġġieled, Ben… Għax Ma Nistax Ngħix Mingħajrek” – Omm Ben B’Messaġġ Mill-Qalb

Ben

Permezz ta' messaġġ mimli mħabba, tama u emozzjoni, Yanica Rizzo appellat pubblikament lil binha Ben biex ma jaqtax qalbu u jibqa’ jiġġieled.

Fil-messaġġ tagħha, Yanica kitbet kliem mill-qalb lil binha, fejn talbitu jibqa’ jiġġieled u ma jċedix.

“Ibqa' ġġieled, Ben. Jekk jogħġbok ibqa' ġġieled, għax ma nistax ngħix mingħajrek.” kitbet Yanica. Enfasizzat ukoll li Ben u ħuh huma kollox għaliha, u talbitu għal darb'oħra biex ma jaqtax qalbu.

Fl-aħħar tal-messaġġ, hija talbet ukoll lill-pubbliku biex jingħaqad magħha fit-talb għal binha. Ningħaqdu ma’ Yanica f'talbna u fi ħsibijietna.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI