“Għaziz Nicholas, F’Għeluq Sninek, Nawguralek Jum Mimli Ferħ U Mħabba, Kif Inhi Qalbek” – Fondazzjoni Nazareth

Fondazzjoni Nazareth iddedikat kelmtejn lil wieħed mir-residenti tagħha f’jum għeluq sninu. Nicholas huwa resident b’qalb kbira u tbissima sinċiera, hu llum hi l-ġurnata speċjali tiegħu.

Fuq il-paġna kitbulu, “Għażiż Nicholas, f’għeluq sninek, nawguralek jum mimli ferħ u mħabba, kif inhi qalbek. Nicholas int bniedem li m'hemmx għalfejn titkellem biex tħalli marka sabiħa. Fis-skiet tiegħek hemm il-ġentilezza, fit-tbissima tiegħek hemm is-serenità, u f’qalbek hemm post għal kulħadd. Nixtiequ li nafu nagħtuk lura dik l-imħabba sinċiera li taf tagħti int. J’Alla kull jum iġiblek raġuni ġdida biex titbissem.”

Żiedu jgħidu, “Hemm nies li jagħmlu ħafna storbju biex jinstemgħu, u oħrajn li fis-skiet tagħhom jagħmlu d-dinja post isbaħ. Int wieħed minnhom. Inħobbuk immensament.”

Awguri Nicholas! Nittamaw li jkollok ġurnata mill-isbaħ!

Ritratt:

Facebook / Fondazzjoni Nazareth

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI