“Ir-Riħ Qawwi Tal-Bieraħ Li Nefaħ Min-Nofsinhar, Qanqal Miegħu Ħafna Trab Fin Mid-Deżert” – It-Temp Madwarna

Temp f'Malta

Il-gżejjer Maltin intlaqtu minn trab fin li nġarr mid-Deżert tas-Saħara wara r-riħ qawwi min-Nofsinhar li ħakem il-pajjiż matul il-jum tal-bieraħ.

F’kitba fuq il-paġna tagħha, It-Temp Madwarna spjegat li r-riħ qawwi ġarr miegħu ammont sostanzjali ta’ trab fin mid-deżert, kif jidher ukoll fil-grafika, bis-satellita ppubblikata minn EUMETSAT.

Din turi s-sħaba ta’ trab mis-Saħara nieżla lejn il-Mediterran u miexja fid-direzzjoni tal-gżejjer Maltin u l-Italja.

Skont l-istess paġna, illum it-temperatura mistennija terġa’ tinħass sħuna, iżda r-riħ batta u biddel id-direzzjoni tiegħu.

Madankollu, jidher li l-aħbar it-tajba tinsab fi tmiem il-ġimgħa, hekk kif It-Temp Madwarna qed tindika li l-weekend mistenni jkun wieħed bnazzi, b’kundizzjonijiet aktar pjaċevoli għal min jixtieq igawdi l-beraħ.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI