Hemm ommijiet li jagħmlu minn kollox għal uliedhom, anke meta dan ifisser li jwarrbu l-ħolm u l-mumenti speċjali tagħhom.
Illum kellha tkun ġurnata mill-isbaħ għaliha, wara li kellha tiggradwa b’Master of Education in Inclusive Education. Wara ljieli twal tistudja, xogħol, riċerka u sagrifiċċji, fl-aħħar kellha tasal il-ġurnata li tant kienet ilha taħdem għaliha.
Madankollu, ommha ma setgħetx tattendi għaċ-ċerimonja minħabba impenji li ma setgħux jinbidlu. Minkejja li kienet staqsiet xhur qabel dwar id-data biex torganizza l-appuntamenti, it-terapiji u l-bżonnijiet mediċi ta’ bintha, id-data finali tħabbret madwar ħames ġimgħat qabel u kienet taħbat ma’ impenji diġà ppjanati.
L-aktar ħaġa li tqanqal il-qlub hija fejn tinsab illum: f’attività ta’ ġbir ta’ fondi għal bintha, biex tkun tista’ tkompli tingħata t-terapiji u t-trattamenti li teħtieġ. Fakkret li l-inklużjoni m’għandhiex tibqa’ biss kelma miktuba fuq diploma, iżda għandha tintwera permezz tal-fehim, il-komunikazzjoni u l-konsiderazzjoni lejn iċ-ċirkostanzi ta’ ħaddieħor.
Għalkemm, illum ma tinsabx fuq il-palk tal-gradwazzjoni, għal bintha hija l-akbar ispirazzjoni.
Facebook/Kate: Writing My Story