98 Sena Ilu Kien Il-Bidu Tal-Karattri Maħbubin Mickey U Minnie Mouse!

Mickey u Minnie

Il-karattri leġġendarji Mickey u Minnie Mouse qed jiċċelebraw it-98 anniversarju mill-bidu tagħhom.

Fit-18 ta’ Novembru tal-1928, iż-żewġ karattri maħbubin għamlu d-debutt tagħhom fuq il-big screen fil-film animat ikoniku ta’ Disney Steamboat Willie.

Kważi seklu wara, Mickey u Minnie saru ferm aktar minn sempliċi karattri tal-cartoons, hekk kif jirrappreżentaw il-maġija ta’ Disney, il-kreattività, l-għaqda u l-ferħ li ġġib magħha l-animazzjoni.

Il-personalitajiet uniċi tagħhom, id-dehra ikonika u r-rabta speċjali li għandhom bejniethom għamluhom fost l-aktar karattri magħrufa u maħbuba fl-istorja tal-ispettaklu. Ġenerazzjoni wara ġenerazzjoni, għadhom tant jiggustawhom it-tfal!

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI