Dal-Lejl Se Tkun Qiegħda Tingħalaq Triq Il-Marina Ġewwa Tal-Pietà Li Tagħti Għall-Imsida

Għadu kif tħabbar fuq il-midja soċjali minn Infrastructure Malta li fis-sigħat ta' matul il-lejl li ġej, Triq il-Marina ġewwa tal-Pietà se tkun qiegħda tingħalaq sabiex ikunu jistgħu jinbidlu b'mod urġenti xi crash barriers wara li riċentament dawn sofrew xi ħsarat.

Ġie spjegat li t-triq se tkun qiegħda tingħalaq illejla fid-21:00 u terġa' tinfetaħ għada fis-sigħat bikrin ta' filgħodu, sewwasew fil-5:00.

F'dan l-isfond, is-sewwieqa huma mħeġġa sabiex isuqu b'kawtela matul dawn is-sigħat jekk se jiffrekwentaw din it-triq u josservaw l-istruzzjonijiet mogħtija mill-uffiċjali.

Xerrdu dan l-avviż!

Ritratt:

Facebook / Infrastructure Malta

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI