“Minn Fejn Se Nibda? Din Is-Sena Tinħass Differenti” – Franklin Calleja F’Għeluq Sninu

Franklin Calleja

Il-kantant lokali Franklin Calleja qed jiċċelebra għeluq sninu b’mod tassew speċjali hekk kif illum għalaq 34 sena.

F’messaġġ li qasam fuq il-midja soċjali, Franklin esprima l-ferħ tiegħu għal dan il-jum, filwaqt li stqarr li din is-sena qed tħossha differenti għalih.

Għall-ewwel darba, kellu l-opportunità li jqum u jorqod fid-dar tiegħu stess, u dan għamillu għeluq sninu wieħed aktar sinifikanti.

Huwa rrifletta wkoll dwar kemm jgħaddi ż-żmien malajr, fejn fakkar kif għadu jiftakar meta kien qed jiċċelebra s-17-il sena tiegħu daqslikieku kien ilbieraħ.

Franklin ma naqasx milli jirringrazzja lil dawk kollha li bagħtulu l-isbaħ xewqat u l-messaġġi ta’ awguri, u qal li dawn għamlulu l-ġurnata aktar sabiħa.

Awguri Franklin!

Ritratt:

Facebook/ Franklin Calleja

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI