L-atleta Maltija, Rosalie Borg, qed tiċċelebra kisba oħra li mlietha b’ferħ u sodisfazzjon kbir peress li l-ġimgħa li għaddiet, hija rċeviet rikonoxximent talli rebħet it-Trail League lokali - kisba li għalija tfisser ħafna aktar minn medalja jew trofew.
F’messaġġ emozzjonanti, Rosalie spjegat li dan is-suċċess għandu tifsira speċjali għaliex permezz tiegħu tista’ wkoll tgħin biex tipprovdi għall-familja tagħha u għal uliedha. Hija b'hekk tħoss sodisfazzjon kbir li dak li tant tħobb tagħmel, u li għalih taħdem b’dedikazzjoni, qed jagħti wkoll frott fil-ħajja tagħha ta’ kuljum.
Għal dawn l-aħħar ħames snin, Rosalie rnexxielha tgħaqqad il-ħajja tagħha bħala għalliema ma’ dik ta’ atleta. Minkejja li tirrikonoxxi kemm hi xxurtjata, tfakkar li wara kull kisba hemm sigħat twal ta’ taħriġ, sagrifiċċji u impenn kontinwu.
Lil dawk iż-żgħażagħ li għandhom ħolma, Rosalie tgħaddilhom messaġġ ċar: joħolmu bil-kbir, jaħdmu bis-sħiħ u qatt ma jieħdu t-talenti tagħhom for granted.
Facebook/Rosalie Borg