Il-content creator, Maxine Curmi Buttigieg qasmet messaġġ mill-qalb lil żewġha, wara li llum qed jiċċelebraw it-tlettax-il anniversarju taż-żwieġ tagħhom.
Maxine ma għażlitx li tpinġi stampa ta’ relazzjoni perfetta, iżda li titkellem b’onestà dwar il-vjaġġ li għaddew minnu flimkien. Stqarret, li l-aħħar xhur kienu diffiċli ferm, mimlijin iljieli twal, argumenti, dmugħ, niket, emozzjonijiet qawwija u inċertezza.
Madankollu, minkejja l-isfidi li l-ħajja ġabet magħha, it-tnejn dejjem sabu mod kif ikomplu mexjin ’il quddiem. Dan għamluh permezz tal-kompromessi, konverżazzjonijiet diffiċli u fuq kollox billi żammew l-interessi ta’ wliedhom fiċ-ċentru tad-deċiżjonijiet tagħhom.
“L-importanti li dejjem erġajna sibna lil xulxin wara kull intopp, argument u ostaklu,” kitbet Maxine, filwaqt li saħqet li xejn mhu se jkissirhom. Lil żewġha wegħditu li kull sagrifiċċju li għaddew minnu se jkun jiswa, bit-tama li flimkien jaslu fil-quċċata li tant jistħoqqilhom.
It-Tim ta' Gwida.mt jifirħilhom mill-qalb u jalla jkollhom aktar snin ta' ferħ u mħabba!
Facebook/Maxine Curmi Buttigieg