Proprju bħal-lum 14-il sena ilu, fl-24 ta' Novembru tal-2012, l-Eċċelenza Tiegħu Charles J. Scicluna ġie kkonsagrat bħala Isqof fil-Kon-Katidral ta' San Ġwann.
Fl-istess ċerimonja kien ukoll ingħata t-titlu ta' Isqof Awżiljarju ta' Malta kif ukoll dak ta' Isqof Titulari ta' San Leone. Madwar 3 snin wara mbagħad il-mibki Papa Franġisku kien appuntah sabiex jibda jservi bħala Arċisqof ta' Malta kif għadu jagħmel sal-lum il-ġurnata.
Fost dawk li awgurawlu hemm il-paġna Santwarju Samra Hamrun; "Is-Santwarju tas-Samra Ħamrun jifraħ u Jjwgura lill-E.T. Mons. Arċisoqf Charles J. Scicluna li llum jiċċelebra l-14-il anniversarju mill-Ordinazzjoni Episkopali tiegħu. Filwaqt li nifirħu miegħu għad-doni tal-ħajja u tas-saċerdozju, inkomplu nżommuh fit-talb tagħna biex il-Mulej jieqaf miegħu ħalli jkompli jaqdi l-Knisja fil-ministeru tiegħu."
Nawgurawlu minn qalbna!
Facebook/ Soċjeta Mużikali Santa Katarina V.M.