“Li Xi Ħadd Jieħu Interess U Jifhmek Jista’ Jkun Ta’ Salvazzjoni Għalik” – Ivan Grech

Ivan grech

"Li xi ħadd jieħu interess u jifhmek jista' jkun ta' salvazzjoni għalik, u xi kultant jiġu minn persuni li ma tistennihiex" - Il-kantant lokali Ivan Grech kiteb dwar kemm taffettwa meta ssib min ikun hemm għalik, imqar biex jisma'.

Isemmi kemm għandna napprezzaw lil dawk li jsibu ħin biex jisimgħuna u jkunu sors ta' hena għalina, speċjalment f'mumenti diffiċli.

"Żommu qrib qalbkom u apprezzaw lil dawk li jagħmlu differenza f’ħajjitkom... Għożżu lil dawk kollha li bil-preżenza tagħhom iżommu d-dinja tagħna - li hi dejjem għaddejja - ’l quddiem..."

Hu stess jirringrazzja lil kull min juri mħabba u rispett lejh. Ifakkarna biex inkunu għal ħaddieħor, dak li nixtiequ lil ħaddieħor ikun għalina.

Ritratt:

Facebook/ Ivan Grech

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI