Waqt il-programm Family Feud Malta, il-kontestanti ġew mistoqsija x'jaħsbu li kienu fost l-affarijiet ewlenin li ġew f'moħħ il-pubbliku meta ssemmittilhom il-lokalità ta' Bormla.
Jirriżulta li f'moħħ il-pubbliku ġew aspetti sbieħ ta' din il-belt fosthom il-festa li ssir ta' kull sena u li l-Bormliżi tant jiddedikaw ħin u passjoni fiha kif ukoll it-tlielaq tar-Regatta li tista' tgħid il-Bormliżi kollha jattendu sabiex isegwu bi ħġarhom, u oħrajn ukoll jieħdu sehem fihom.
Madankollu, aspetti oħrajn li ssemmew mill-pubbliku qanqlu dibattitu fuq il-midja soċjali fis-sigħat riċenti. Fiċ-ċentru tal-kontroversja kien hemm l-aġġettiv 'ħamalli' li l-pubbliku indika li fil-fehma tiegħu għandu rabta qawwija ma' din il-belt.
Fuq il-midja soċjali tkellmu diversi Bormliżi li kkundannaw din il-konnotazzjoni u esprimew il-fehma tagħhom li persuni b'attitudni kemxejn prepotenti jinstabu f'kull belt u raħal.
Intom x'taħsbu dwar din il-kontroversja?
Facebook / Family Feud Malta