Fil-Belt Valletta Għadha Kif Inxtegħlet B’Mod Uffiċjali S-Siġra Tal-Milied

Hekk kif fadal eżattament xahar sabiex madwar id-dinja jiġi ċċelebrat il-jum tant mistenni minn bosta tal-Milied, proprju ftit tal-ħin ilu, ġewwa l-Belt Valletta, inxtegħlet b'mod uffiċjali s-siġra tal-Milied.

Ritratti li ttellgħu fuq il-midja soċjali juru folla mdaqqsa miġbura f'Misraħ il-Ħelsien madwar is-siġra tal-Milied li dis-sena ssawret abbażżi tat-tema tan-nostalġija; fil-fatt, hi ngħatat l-isem 'Is-Siġra tan-Nanna'.

Fil-midja lokali ġie rrappurtat kif l-unur li tixgħal din is-siġra ngħata lil Ellie Portelli; tifla ta' 10 snin li meta kienet għadha tarbija sarilha trapjant tal-fwied.

Issa li s-siġra fil-belt kapitali tinsab mixgħula, tħabbar li minn għada sal-24 ta' Diċembru se jkunu qiegħdin jieħdu l-ħajja sensiela ta' attivitajiet relatati mal-Milied li se jinvolvu madwar 300 artist.

Ritratt:

Facebook / Kultura (Daniel Scicluna)

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI