Il-Fondazzjoni tal-Klieb tas-Servizz f’Malta, ħabbret it-telfa ta’ Timmy, kelb tas-servizz li għadu kif ħalla din id-dinja.
Fuq il-paġna tagħhom kitbu, “B’dieqa profonda naqsmu magħkom l-aħbar tat-telfa tal-kelb tas-servizz għażiż tagħna, Timmy. Irċevejna din l-aħbar ta’ qsim ta’ qalb illum, u ħsibijietna huma mal-familja ta’ Timmy, li jinsabu mbikkmin b’din it-telfa tremenda. Aħna ninsabu mdejjqin ħafna wkoll, għax Timmy ma kienx biss kelb tas-servizz imma membru maħbub tal-familja tal-fondazzjoni klieb tas-servizz Malta.”
Żiedu jgħidu, “Nagħtu l-kondoljanzi tagħna lill-familja tiegħu f’dan iż-żmien diffiċli mmens. Nittamaw li l-memorji sbieħ, u l-imħabba li kellhom jagħtuhom ftit wens. Ibqgħu b’saħħitkom. Aħna qed naħsbu fikom u naqsmu n-niket magħkom. Iġri, għażiż Timmy. Dejjem se jkollok post speċjali fi qlubna.”
Nirringrazzjawh għas-servizz tiegħu. Jistrieħ fis-sliem u l-paċi.
Facebook / Service Dogs Malta Foundation