“Ma Nixtieqx Inraqqdu Mingħajr Ma Nipprova Imma Waħdi Ma Nistax Naffordja Elf Ewro” – Joanna Mallia Tappella Għall-Għajnuna

Joanna Mallia appellat għall-għajnuna urġenti biex tevita tieħu deċiżjoni diffiċli ħafna. Bid-donazzjonijiet tagħna hi tkun tista’ ssalva l-ħajja ta’ qattus innoċenti.

Hi spjegat, “Għandna bżonn għajnuna urġenti biex insalvaw lil dan it-tifel ġinġer Max! Konna kemmxejn kwieti dawn l-aħħar jiem, mhux għax ħadna break, imma għax kellna ħafna xogħol insalvaw l-annimali, inżuru l-vet, u emerġenzi. Sfortunatament, il-każijiet li ħadna ma kinux ħfief. Ħadna frieħ ta’ qattusa ma jifilħux. Ħadna wkoll ferħ żgħir ġinġer li għandu bżonn iżur il-vet kuljum u l-kontijiet diġa huma iżjed minn mitejn ewro.”

Żiedet tgħid, “Fost l-emerġenzi tagħna salvajna ferħ ġinġer li għandu saqajh ta’ wara pparalizzati. Għandu biss erba’ xhur u qed nippruvaw insalvawh. Għamilna 3 sessjonijiet acupuncture li jiswew 150 ewro imma ma ġabu magħhom l-ebda kambjament. L-aħħar tama tagħna hi MRI scan li tiswa elf ewro. Diġa għamilna l-konsultazzjoni.”

Kompliet tikteb, “Mingħajrha, jaf ikollna b’qalb maqsuma nieħdu d-deċiżjoni li nraqqduh. Ma nixtieqx inraqqdu mingħajr ma nipprova imma waħdi ma nistax naffordja elf ewro.”

Hi talbet għall-għajnuna finanzjarja biex tgħin lil dan il-qattus. Min jixtieq jagħti donazzjoni jista’ jagħmel dan fuq BOV jew Revolut fuq in-numru 79703557.

Ritratt:

Facebook / Joanna Mallia

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI