“Mhux Se Jkun Hemm Aċċess Minn Triq Il-Wied Tal-Imsida Lejn Birkirkara” – Infrastructure Malta

Dawk li jeffrekwentaw it-toroq tal-Imsida persważ li jafu bil-bdil frekwenti fir-rotot li hawn bħalissa, u Infrastructure Malta ġibdu l-attenzjoni tas-sewwieqa hekk kif se jkun hemm aktar tibdil.

Huma qalu, “Avviżi dwar tibdil fit-traffiku – Proġett tal-Imsida Creek. Minħabba x-xogħlijiet li għaddejjin bħala parti mill-proġett tal-Imsida Creek, mill-Ħadd 29 ta’ Novembru 2026 mhux se jkun hemm aċċess minn Triq il-Wied tal-Imsida lejn Birkirkara.”

Żiedu jgħidu, “Is-sewwieqa huma mitluba jsegwu s-sinjali tat-traffiku temporanji u jużaw rotot alternattivi. Nirringrazzjawkom tal-koperazzjoni u niskużaw ruħna għal kull inkonvenjent.”

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI