“Se Tinżel 12°” – L-Uffiċju Meteroloġiku Jbassar Li Ġejjin Jiem Ta’ Maltemp U Frisk

L-Uffiċju Meteroloġiku ta' Malta qed jantiċipa li l-jiem li ġejjin se jkunu ddominati mix-xita u l-maltemp.

Hu mistenni wkoll li l-ajru jiffriska mhux ħażin, hekk kif it-temperatura se tkun qiegħda saħansitra tinżel għal 12℃ fil-ħin ta' filgħaxija f'ċerti ġranet.

Intant, it-tbassir għas-sebat ijiem li ġejjin tal-Uffiċju Meteroloġiku isemmi probabbiltà ta' xita jew maltemp għal għada, it-Tlieta u nhar l-Erbgħa li ġej. Il-bqija tal-ġranet mistennija jġibu temp imsaħħab.

Hekk kif il-bidu tax-xitwa f'Malta qed joqrob ġmielu, wieħed jistenna li fil-ġimgħat li ġejjin it-temperatura se tkun qiegħda tonqos xi ftit filwaqt li xi ħalba xita jew maltempata tkompli ssir iżjed frekwenti.

Ritratt:

ChatGPT

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI