Illum tagħlaq sninha l-artista u kantanta bravissima Maltija Emma Muscat li wara s-suċċess tagħha fil-kompetizzjoni tat-televixin Taljan 'Amici', irnexxielha tistabilixxi ruħha sew fix-xena mużikali mhux biss f'pajjiżna iżda wkoll barra minn xtutna, b'mod partikolari fl-Italja.
Mal-udjenza Maltija, Emma hi magħrufa sew billi fl-2022 hi kienet ukoll irrappreżentat lill-gżejjer Maltin fil-Eurovision Song Contest li f'dik is-sena kien seħħ ġewwa Turin, l-Italja. Emma kienet telgħet fuq l-istejġ tirrappreżenta lil pajjiżna bil-kanzunetta 'I Am What I Am'.
F'Lulju tas-sena l-oħra, il-kantanta u artista bravissima kienet ukoll saret omm taċ-ċkejkna Mila Rae.
Nawguraw l-isbaħ xewqat lil Emma f'għeluq sninha, filwaqt li nixtiequlha iżjed suċċess fil-karriera tagħha.
Instagram / Emma Muscat