Fr. Ivan Camilleri huwa l-qassis Malti li nħatar Isqof Awsiljarju ġewwa Toronto, fejn hemm l-akbar Arċidjoċesi Kanadiża.
Fr. Ivan huwa wieħed fost tlett Isċfijiet oħra li nħatru mill-Papa Franġisku b'din il-kariga biex jgħinu lill-Arċisqof Kardinal Thomas Collins. "Ninsab onorat mmens bil-fiduċja li wera l-Papa Franġisku u l-Kardinal Collins biex inservi l-Arċidjoċesi ta' Toronto... ninsab ħerqan biex inservi kemm lilu kif ukoll lin-nies tal-post". Dawn kienu l-kummenti tiegħu fuq is-sit Times Of Malta.
Fuq il-midja soċjali ġiet ippubblikata l-aħbar uffiċjali bil-miktub mill-Arċidjoċesi ta' Toronto. Bosta li kienu ferħulu għal dan il-pass li se jagħmel. Ara aktar HAWN