“Inħabbru T-Tieni Proġett Televiżiv Minn Mixta Għal Din Is-Sena. 'IMĦABBA?' Se Tixxandar Mit-Tnejn Sal-Ħadd Fit-20:25”

Il-kumpanija Mixta fuq il-mezzi soċjali ħabbret it-tieni proġett televiżiv tagħha għal din is-sena. Il-programm il-ġdid, bl-isem “IMĦABBA?”, se jkun qed jixxandar kuljum mit-Tnejn sal-Ħadd fis-20:25, qabel il-programmi ewlenin tal-prima serata fuq stazzjon ONE u wkoll fuq il-pjattaforma online stradarjali.com.

Dan ix-xogħol għandu l-kitba u d-direzzjoni ta’ Clayton Pace, filwaqt li l-produzzjoni qed issir minn Mixta għal Red-U Media. “IMĦABBA?” se jkun fih episodji qosra ta’ kuljum li joffru doża ta’ drama u emozzjoni qabel il-bidu tal-programmi l-kbar tal-lejla.

Nawguraw lit-tim kollu wara din il-produzzjoni l-isbaħ xewqat!







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI