“Aaron Sammut Qed Jiġi Mfittex Mill-Pulizija Fuq Ordni Tal-Maġistrat” – The Malta Police Force

Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, The Malta Police Force talbu għall-għajnuna tal-publiku hekk kif persuna qed tiġi mfittxija.

Huma qalu, “Aaron Sammut qed jiġi mfittex mill-Pulizija fuq ordni tal-Maġistrat b'rabta ma' każ pendenti li hemm għaddej fil-Qorti.”

Żiedu jgħidu, “Kull min għandu xi informazzjoni dwar din il-persuna, jista’ jgħaddiha lill-Pulizija, permezz ta’ messenger, jew iċempel, anke b’mod anonimu, fuq in-numri tal-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija 21 224001 / 119 jew fl-eqreb Għassa tal-Pulizija u jiġi kwotat in-numru 26/2025.”

Grazzi lill-pulizija tax-xogħol kontinwu tagħhom.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI