“Aħna Dejjem Hawn Għalik” – Il-Ġenituri Ta’ Maria Curmi B’Messaġġ Mimli Mħabba Għal Għeluq Is-16-Il Sena Tagħha

Il-kantanta żagħżugħa Maria Curmi ilbieraħ għalqet 16-il sena u f’din l-okkażjoni speċjali, ommha qasmet messaġġ emozzjonanti fuq il-midja soċjali sabiex tiċċelebra lil bintha u l-ħolm tagħha.

“16-il sena ilu għall-ħabta ta’ nofsinhar twieldet l-istilla tagħna Maria Curmi,” kitbet ommha, hekk kif awguratilha dak kollu li tixtieq qalbha u li l-ħolm tagħha jsir realtà. Fil-messaġġ tagħha, hija tkellmet ukoll dwar kemm il-mużika tfisser għal Maria u kemm taħdem sabiex tilħaq il-miri tagħha.



“Il-mużika hija kollox għalik u naf kemm taħdem għal dak li tixtieq,” kitbet ommha, filwaqt li żiedet li Maria minn età żgħira dejjem kienet taf xi trid u kif tippjana għall-futur tagħha. Il-ġenituri tagħha, flimkien ma’ Michael, assigurawha wkoll mis-sapport kontinwu tagħhom.



“Aħna dejjem hawn għalik u nkunu ta’ sapport. Inħobbuk bla qies,” temmet tgħid il-familja tagħha. Bosta persuni sellmu lil Maria f’dan il-jum speċjali permezz ta’ kummenti ta’ awguri u messaġġi sbieħ fuq il-midja soċjali.

F’isem it-tim ta’ Gwida, nawgurawlha l-isbaħ xewqat u nittamaw li jkollha sena mimlija b’dak kollu li tixtieq qalbha!



Ritratti:

Facebook / Maria Curmi

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI