"Aħna Ninsabu Nofs Triq! Tqala F'Nofs Pandemija Globali Mhijiex Faċli…" – Cherton Caruana

“Il-kantanta lokali li niftakruha fil-Malta Eurovision Song Contest tal-2017 bil-kanzunetta Fighting To Survive tinsab tqila bit-tieni tarbija tagħha. Il-kantanta tinsab f’nofs it-tqala tagħha. Hi ħabbret dan fuq il-midja soċjali tagħha, fejn tkellmet dwar l-isfidi tat-tqala waqt pandemija.

“Tqala f’nofs pandemija globali mhijiex faċli u żgur li teżawrixxik mentalment! Qed nipprova nibqa’ pożittiva u nara biss in-naħa t-tajba tal-affarijiet hekk kif jien imbierka b’miraklu li qed jikber f’żaqqi u għandi l-aqwa raġel ta’ appoġġ li qatt stajt nitlob. Lill-ommijiet futuri kollha, aħna lkoll ninsabu f’dan kollu flimkien u kollox ħa jmur tajjeb.”

Aħna f’isem Gwida.mt, nawguraw lil Cherton l-isbaħ xewqat, lilha u r-raġel tagħha Darko f’dan iż-żmien eċitanti f’ħajjithom. Ninsabu ċerti li t-tifla ċkejkna tagħhom tinsab ħerqana biex ikollha oħtha jew ħuha.





Facebook / Cherton Caruana



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI