Il-kandidat Peter Agius qasam aħbar li jaf tkun ta’ interess għal bosta żgħażagħ. Opportunità għal vjaġġ b’xejn għaż-żgħażagħ li twieldu fl-2005.
Fuq il-paġna ta’ Facebook, Agius kiteb “Hemm 36,000 vjaġġ disponibbli. Is-sena l-oħra marru 53 Maltin. Din is-sena rridu nibagħtu tal-anqas 100.” Biex wieħed jidħol fiċ-ċans li jdur l-Ewropa b’xejn, kulma għandu jagħmel huwa jżur dan is-sit u jimla l-formola. L-applikazzjonijiet jagħlqu fit-18 t’Ottubru, jiġifieri min hu interessat, għandu tmint ijiem ċans biex jaħsibha.
Taf lil xi ħadd li twieled fl-2005? Xerred il-kelma. Iktar kemm japplikaw, iktar ħa jirbħu!