il-kantant mistieden fuq il-programm ‘Għaddi S’Hawn’ illum kien Mark Anthony Bartolo. Lill-kantawtur Mark Anthony rajnieh fl-ewwel staġun t’X Factor Malta fejn wasal sal Judges’ Houses, u fil-MESC tal-2022 u l-2023.
Waqt il-programm kanta verżjoni mill-isbaħ tal-kanzunetta ‘Mon Amour’ li biha rrappreżenta lil Franza l-kantant Slimane fil-Eurovision Song Contest. Din il-kanzunetta emozzjonali kienet il-favorita ta’ ħafna speċjalment minħabba l-vuċi impekkabbli ta’ Slimane.
Mark Anthony rnexxielu jemozzjona lill-preżentatriċi Antonella bil-verżjoni tiegħu. Hi u timsaħ id-dmugħ faħħritu għal kemm hu bravu u ssuġġerietlu biex jibda jkanta iktar kanzunetti b’dan l-istil. Prosit tassew, Mark Anthony!