Appell Sabiex Jinstab Il-Pupu Tant Għażiż Għal Kylor – Tistgħu Tgħinuh?

Permezz tal-paġna Ella’s Endless Battle, sar appell lill-pubbliku sabiex jgħin lil Kylor isib il-pupu tant għażiż għalih li tilef. Dan huwa pupu artab tal-karattru Chase mill-kollezzjoni tal-Paw Patrol. "Nafu li dan il-pupu huwa antik, iżda għal Kylor ifisser ħafna aktar minn sempliċiment ġugarell. Jagħtih il-faraġ u jġiegħlu jħossu sigur," kitbu fuq il-paġna.

Sfortunatament, il-familja m’għandhiex ritratt tal-pupu proprju li ntilef, iżda qasmet deskrizzjoni tiegħu skont kif iddeskrivieh Kylor innifsu, bit-tama li xi ħadd ikun jista’ jgħinhom isibuh. "Għal xi ħadd ieħor jista’ jidher bħala pupu antik ordinarju, iżda għal Kylor ifisser id-dinja kollha. Inkunu grati immens għal kull għajnuna sabiex Chase, il-pupu tant għażiż għalih, jerġa’ lura d-dar."

Il-familja qed tappella lil kull min seta’ lemaħ jew sab dan il-pupu sabiex jagħmel kuntatt magħha permezz tan-numru tat-telefon tagħha. Inħeġġukom taqsmu dan l-appell bit-tama li l-pupu tant għal qalb Kylor jerġa’ jsib ruħu f’idejh. Ġest żgħir mingħandna jista’ jfisser ħafna għalih!

Aġġornament: Chase instab u qed lura għand Kylor. Araw ir-ritratt ħelu li qasmet l-istess paġna billi tagħfsu HAWN!

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI